Kronaka
AĠĠORNAT: Id-Dwana bl-akbar qabda ta’ prodotti foloz

Id-Dwana kkonfiskat 36 kontejner fil-Freeport li nstabu mimlija b’eluf ta’ prodotti foloz. Id-Dwana qalet li din hija l-akbar konsenja tax-xorta li qatt inqabdet f’daqqa fl-istorja tagħha; darbtejn u nofs aktar mill-akbar konsenja maqbuda s’issa.

Uffiċjali tad-Dwana għaddejjin b’ħidma biex ibattlu 36 kontejner li nstabu fil-Freeport ppakkjati b’eluf ta’ prodotti foloz. Ix-xogħol qed isir minn uffiċjali tad-Dwana f’taqsimiet differenti fosthom it-Taqsima tal-Moniteraġġ tal-Kontejners, tal-Iscanning u tal-Proprjetà Intelletwali. Fi stqarrija d-Dwana spjegat li din il-hidma mistennija tieħu ġranet biex tintemm u li fiha qed jagħtu sehem ukoll il-ħaddiema tal-Freeport Terminals u membri tas-sigurtà tal-Korporazzjoni tal-Freeport.

Id-Dwana qalet li s-36 kontejner kienu parti minn konsenja ta’ 44, li minhom tmienja biss kienu skont il-liġi. Intqal li bil-ħsieb li l-ħaddiema tad-Dwana jiġu ngannati, il-prodotti foloz kienu moħbija wara l-ewwel għoxrin pied mill-bieba ta’ kull kontejner, bl-ewwel parti ta’ kull kontejner kien fiha prodotti leċti. Din il-mossa iżda ma rnexxietx għax dak li l-uffiċċjali tad-Dwana ma rnexxilhomx jaraw b’għajnejhom ġew identifikati permezz ta’ l-iscanner sofistikat li d-Dwana għandha fil-Freeport.

Il-kontejners, li oriġinaw minn pajjiżi fl-Asja, kienu sejrin lejn pajjiż fl-Afrika. Fl-ewwel tmien kontejers li tbattlu kien hemm prodotti ta’ ditti rinomati fosthom 91,750 aċċessorji tal-mobiles, kważi 47,000 biċċa ħwejjeġ, 44,000 par żarbun sportiv, aktar minn 14,000 tracksuit, 7,770 par żarbun u 750 game controller.

Għad-Dwana ta’ Malta din hija l-akbar konsenja ta’ kontejners li qatt ikkonfiskat f’daqqa, u qed tistenna li meta jkunu tbattlu l-kontejners kollha jintlaħaq ammont rekord ta’ prodotti foloz maqbuda. Lokalment, l-akbar konsenja ta’ prodotti foloz maqbuda fil-passat kienet ta’ ħmistax-il kontejner.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Politika

Għall-ħabta tas-7.00pm fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista bdiet laqgħa tal-grupp parlamentari Nazzjonalista msejħa mill-kap tal-partit Adrian Delia. Dan wara li l-Ħadd li għadda l-gazzetta The Sunday Times irrappurtat messaġġi bejnu u…

Aktar