COVID-19
37 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 49 oħra mfejqa

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa rriżulta 37 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, minn 2,243 ‘swab test’ li saru.

Tħabbru wkoll li bejn ilbieraħ u llum 49 ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus tela’ għal 28,610.

Minn kemm ilha li feġġet il-pandemija kienu 29,548 li mardu bil-virus, bil-każijiet attivi issa huma 536.

L-aħħar ċifri juru wkoll li n-numru ta’ persuni li ħadu l-vaċċin s’issa huwa ta’ 237,806, b’67,491 ħadu t-tieni doża.

Tħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa persuna mietet waqt li kellha l-Covid-19.

Ara wkoll:

Anzjana tmut waqt li pożittiva għall-Covid-19