COVID-19
37 każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 49, 29 l-isptar

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 37 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 49.

B’hekk in-numru ta’ persuni li għandhom il-virus issa huwa ta’ 710.

Fl-Isptar Mater Dei  hemm 29 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus.

Minnhom 2 jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

In-numru tal-vittmi tela’ għal 445 wara li miet raġel ta’ 77 sena waqt li kien pożittiv għall-virus.

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 2,601 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 1,211,456.

In-numru ta’ dawk li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna tela’ għal 36,512.

Dawk li, skont l-awtoritajiet, irkupraw mill-pandemija issa laħaq l-34,961.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 799,214 doża tat-tilqima b’415,254 ikunu l-ewwel doża.

Dawk li ħadu t-tilqima b’mod komplut issa jammontaw għal 413,844.