Immigrazzjoni
38 immigrant salvati mill-Forzi Armati

Tmienja u tletin immigrant ġew salvati mill-Forzi Armati wara li talbu l-għajnuna waqt li kienu fuq dgħajsa fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ fir-responsabiltà ta’ Malta. Kelliema għall-Ministeru tal-Intern qalet li l-immigranti qalu li huma mill-Marokk.

Hi qalet li l-Marokk hu kkunsidrat bħala pajjiż sikur u l-ammont ta’ Marokkini li jirnexxielhom jiksbu l-istus tal-ażil fl-Ewropa hu baxx.

Żiedet li l-awtoritajiet qed jaħdmu biex imexxu fil-proċess tat-talba li għamlu l-immigranti għall-ażil, biex ikun jista jibda l-proċess biex dawk li jinstab li ma jikkwalifikawx għall-ażil jintbagħtu lura.