COVID-19
38 każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta

Illum ġew ikkonfermati 38 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta.

Dan tħabbar mis-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum. B’kollox issa l-każijiet telgħu għal 337.

Hija qalet li lbieraħ saru 1,018 swabs, li minnhom irriżultaw dawn il-każijiet il-ġodda.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li jidher li bdejna l-bidu tal-kurva fejn illum ġew ikkonfermati 25 nisa bil-Coronavirus fosthom tifla ta’ 4 snin u mara tqila u 13-il raġel fosthom tifel.

Ħafna mir-riżultati ħarġu matul il-lejl u se jsiru l-investigazzjonijiet u contact tracing fejn għad hemm bżonn.

Fost l-infettati bi trasmissjoni lokali kkonfermati llum hemm Maltija ta’ 41 sena li wriet sintomi ta’ diarrhea, griżmejn u sogħla. Hija ma kinetx qed tmur ix-xogħol u għalhekk mhemmx riskju ta’ tixrid fuq il-post tax-xogħol.

Raġel ta’ 40 sena wkoll ħareġ pożittiv  għall-virus minn kuntatt ta’ każ ieħor ta’ qabel.

Tfajla ta’ 17-il sena wkoll ttestjat pożittiva għall-virus wara li bdiet turi sintomi ta’ uġigħ ta’ ras, għejja u din kienet minn kuntatt ta’ każ ieħor.

Maltija ta’ 27 sena ppreżentat ruħha b’ġriżmejha u deni. Hija ma kinetx qed taħdem l-għaliex kienet qed taħdem bit-telework.

Barrani ta’ 28 sena residenti fil komunità għad qed jiġi investigat il-każ tiegħu iżda mmarka pożittiv għall-virus.

Maltija ta’ 29 sena ta’ kumpanija privata tal-healthcare li bdiet bis-sintomi ta’ sogħla u contact tracing fuq il-post tax-xogħol.

Maltija ta’ 20 sena tinsab infettat bil-Coronavirus kienet kuntatt ta’ każ ieħor.

Maltija ta’ 68 sena rrappurtat ġriżmejn u uġigħ ta’ ras. Hija kienet taħdem f’kumpanija privata. Dwar dan il-każ qed isir contact tracing. Fuq il-post tax-xogħol qed isir ffumigazzjoni.

Maltija ta’ 45 sena ħarġet bis-sintomi ta’ sogħla u allura qed isir contact tracing mal-familja.

Malti ta’ 39 sena jinsab infettat bil-coronavirus u qed isir contact tracing tal-familja tiegħu.

Maltija ta’ 35 sena bdiet b’uġigħ ta’ ras, waqfet ittiegħem tajjeb u kellha mnieħer iqattar. Persuna fil-familja tagħha tinsab sintomatika u għalhekk se jsirilha t-test ukoll.

Malti ta’ 31 sena beda b’diarrhea u sogħla. Huwa jaħdem f’Piscopo Cash and Carry ta’ Raħal Ġdid. Il-Professur Gauci qalet li min mar jixtri fis-6 t’April f’dan il-post u dam ġewwa jrid jiċċekkja għas-sintomi u jċempel il-111 għall-għajnuna. L-awtoritajiet qegħdin f’kuntatt mal-istabbiliment biex isir l-iffumigazzjoni li hemm bżonn.

Fost l-infettati hemm ukoll tifla Maltija ta’ 4 snin li bdiet bid-diarrhea.

Mara Maltija ta’ 39 sena bdiet bis-sintomi u qed isir contact tracing fuq il-post tax-xogħol tagħha.

Malti ta’ 19-il sena li jaħdem mal-kumpanija Scan, ippreżenta ruħu b’sintomi ta’ diarrhea, qtugħ ta’ nifs – jahdem ma’ Scan. Qed isir l-iffumigazzjoni li hemm bżonn fil-kumpanija.

Maltija ta’ 22 sena bdiet bis-sintomi b’ġrizmejn u deni. Hija ma kinetx iqed tmur għax-xogħol u qed isir contact tracing dwar dan il-każ.

Zewġ nisa Maltin ta’ 68 u 38 sena wkoll ħarġu pożittivi għall-coronavirus. Il-mara ta’ 38 sena ħarġet pożittiva meta daħlet biex twelled u ma kinetx qed tippreżenta l-ebda sintomi.

Healthcareworker ukoll ħarġet bis-sintomi uġigħ ta’ ras u konġestjoni fl-imnieħer. Qed isir il-contact tracing ma’ pazjenti u kollegi.

Maltija ta’ 30 sena u tqila kellha bżonn tidħol l-isptar u fir-routine screening ħarġet li pożittiva. Dwar dan il-każ qed isir contact tracing.

Maltija ta’ 67 sena ħasset uġigħ f’sidiriha u kellha bżonn tidħol għall-operazzjoni ġiet ittestjata għall-virus u ħarġet pożittiva.

Maltija oħra tinsab bil-coronavirus.

Mara ta’ 51 sena li hija carer f’old people’s home ma kellha l-ebda sintomi imma ħarġet pożittiva mill-iscreening tal-carers. Issa hija waqfet taħdem.

Malti b’diversi kundizzjonijiet kroniċi minn Għawdex  ħareġ bis-sintomi tal-Covid-19 u jinsab pożittiv għall-virus.

Persuni oħrajn li għandhom il-Coronavirus għadhom qed jiġu investigati fid-dettall. Dawn huma;

Malti ta’ 32 sena

barrani ta’ 27

Maltija ta’ 50 sena

barrani ta’ 50 sena

Maltija ta’ 44 sena

Malti ta’ 48 sena

raġel ta’ 52 sena

barrani li jgħix Malta ta’ 29 sena

Maltija ta’ 39 sena

mara ta’ 24 sena

raġel ta’ 75 sena u tifel

Is-Supretendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Is-Supretendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Gepostet von Television Malta am Donnerstag, 9. April 2020

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

Aktar