COVID-19
39 każ ġdid ta’ Covid-19, 52 imfejqa, ebda mewt

L-aħħar aġġornament dwar il-Covid-19 juri li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 39 każ ġdid waqt li 52 ġew iddikjarati li fiequ waqt li ma ġew irrapportati ebda mwiet.

B’hekk issa n-numru ta’ dawk meqjusin pożittivi huwa ta’ 595.

Il-każijiet ġodda tellgħu t-total ta’ każijiet minn Marzu 2020 għal 29,966 u ħarġu minn 1,985 ‘swab tests’.

Bil-każijiet ta’ fejqan irrappurtati llum telgħu għal 28,962 dawk li skont l-awtoritajiet tas-saħħa rkupraw mill-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 274,641 doża tal-vaċċin b’84,152 minnhom ħadu t-tieni doża.