COVID-19
39 pazjent bil-Covid-19 rikoverati fl-isptarijiet – 2 fl-ITU

Kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa qalet lil tvm.com.mt li bħalissa hemm 39 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19, li qed jingħataw kura fl-isptarijiet.

Ħdax-il pazjent jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei, li tnejn minnhom iddaħħlu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva wieħed mill-bieraħ waranofsinhar u l-ieħor minn filgħaxija.

Tnax-il pazjent ieħor jinsabu rikoverati fl-isptar St Thomas u 16 oħra fl-isptar Boffa, b’uħud minn dawn qed jinżammu l-isptar biex tkun assigurata kwarantina adegwata.

Barra dawn id-39 pazjent, hemm ukoll tmien pazjenti tal-Isptar Monte Karmeli li rriżultaw pożittivi għal Covid-19 qed jinżammu iżolati fl-istess sptar.

Ara wkoll:

55 każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta, ifiqu 13-il persuna

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar