Lokali
4 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 5 oħra mfejqa, ebda mewt

In-numru ta’ każijiet attivi tal-Covid-19 issa huwa ta’ 67 wara li bejn ilbieraħ u llum ġew irrappurtati 4 każi ġodda minn 2,123 swab tests li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li fiequ 5 persuni u li ħadd ma miet bil-Covid-19. B’hekk, it-total tal-vittmi bil-Covid-19 baqa’ ta’ 419.

30,577 persuna ħadet il-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu tal-2020 filwaqt li s’issa fiequ mill-virus 30,091 ruħ.

Sal-bieraħ ingħatat 570,513 doża tal-vaċċin. 333,197 minnhom ingħataw l-ewwel doża biss, filwaqt li 246,964 persuna huma mlaqqma għalkollox.