COVID-19
4 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 7 oħra mfejqa, l-ebda mewt

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 4 każijiet ġodda ta’ Covid-19 minn 1,996 swab test li saru.

Ħabbru wkoll li 7 ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk l-ammont globali ta’ persuni li fieq mill-virus f’Malta tela’ għal 29,867.

Bil-figuri tal-lum, il-każi attivi niżlu għal 189.

Fl-istess waqt ma kienet irreġistrata l-ebda mewt ġdida marbuta mal-Covid-19.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 400,118 doża tal-vaċċin, b’130,537 minnhom li ħadu wkoll it-tieni doża.