COVID-19
4 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta – 8 oħra mfejqa

Ikkonfermati 4 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, bin-numru totali ta’ każijiet issa tela’ għal 431, li minnhom 126 persuna huma mfejqa, hekk kif illum tħabbru li fiequ 8 persuni oħra.

Waqt konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni attwali f’pajjiżna fl-isfond tal-Covid-19, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li b’hekk f’Malta fadal 302 każijiet attivi.

“Dawn it-tmien persuni li fiequ għandhom etajiet differenti, erbgħa ’l fuq minn għoxrin sena. Wieħed ’il fuq minn 30 sena , wieħed madwar erbgħin sena, wieħed sittin sena, u wieħed sebgħin sena, u hekk kif qed taraw l-etajiet ivarjaw u jikkorispondu wkoll mal-għadd ta’ każi pożittivi,” qalet Prof Gauci.

Ilbieraħ saru 574 test, li minnhom irriżultaw l-erba’ każijiet il-ġodda.

Il-każi l-ġodda jinvolvu raġel ta’ 59 sena li ma jaħdimx u għalhekk l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin f’kuntatt mal-familja tiegħu. Huwa beda bis-sintomi fis-17 ta’ April bis-sogħla, qtugħ ta’ nifs u nuqqas ta’ tomgħa.

It-tliet każi l-oħra huma immigranti miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far li qegħdin taħt kwarantina. Dawn huma kollha rġiel, wieħed ta’ 24 sena mill-Marokk, ieħor ta’ 17-il sena mis-Somalja u ieħor ta’ 18-il sena mis-Sundan. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li issa l-każi t’a persuni pożittivi għall-Covid-19 f’dan iċ-ċentru huwa ta’ 38.

Sadanittant, tista’ ssegwi l-konferenza sħiħa hawn:

Gepostet von Television Malta am Montag, 20. April 2020

Ara wkoll:

Il-pjan għal bini ta’ sptar ġdid tal-Coronavirus għadu fis-seħħ

Hemm 37 bil-Covid-19 fl-isptarijiet – l-ebda immigranti minn Ħal Far

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

Barranin

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel. Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż…

Aktar