COVID-19
4 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta – 8 oħra mfejqa

Illum kienu kkonfermati 4 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, biex issa t-total ta’ persuni infettati tela’ għal 426.

Minnhom hemm 99 persuna mfejqa, hekk kif illum tħabbru li fiequ 8 persuni oħra.

Waqt il-bulettin mediku tal-lum is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li lbieraħ saru 972 swabs. Qalet li sal-lum saru 23,253 swab test.

L-erba’ każijiet ġodda jinkludu tliet immigranti miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, wieħed ta’ 28 sena mis-Sudan u tnejn mill-Bangladesh, wieħed ta’ 18 u l-ieħor ta’ 24 sena. S’issa t-total ta’ immigranti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far li huma pożittivi għall-Covid-19 huwa ta’ 35.

Il-każ l-ieħor huwa ta’ Taljan ta’ 34 sena li beda bis-sintomi fl-14 t’April bis-sogħla, b’imnieħru mblukkat u b’telf ta’ xamm u ta’ tomgħa. Il-Professur Gauci qalet li dan it-Taljan kellu kuntatt ma’ persuna oħra li tħabbret ilbieraħ li hija pożittiva għall-virus. Qalet li dawn it-tnejn iltaqgħu flimkien fil-11 ta’ April. Qalet ukoll li l-awtoritajiet tas-saħħa qed isegwu persuna oħra li tgħix flimkien mat-Taljan.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li mill-każijiet attivi, żewġ persuni għadhom jinżammu fit-taqsima tal-kura intensiva u l-kundizzjoni tagħhom hija stabbli.

Sadanittant tista’ ssegwi l-konferenza tal-aħbarijiet hawn:

Gepostet von Television Malta am Samstag, 18. April 2020

Ara wkoll:

L-aħħar tħejjijiet għal 44 sodda ġdida fl-ITU għall-Covid-19

Min hu obbligat joqgħod fi kwarantina?

Qabel tiġi studjata l-immunità tal-poplu, irid jiġi studjat it-tagħmir

Aħbarijiet Oħra
Safar

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta qalet li qed tipprepara għall-mod ġdid ta’ vjaġġar u avżat li mill-1 ta’ Ġunju 2020 il-passiġġieri jridu bilfors jilbsu maskra…

Trasport

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija….

COVID-19

Il-pandemija ħarbtet il-pjani ta’ ħafna koppji li kellhom jiżżewġu f’dan il-perjodu ferm imfittex tas-sena u spiċċaw kellhom jipposponu ż-żwieġ tagħhom. Skont ċifri ta’ Identity Malta fl-aħħar xahrejn u nofs aktar…

COVID-19

Baqgħu isiru l-ispezzjonijiet biex ikun assigurat li l-pubbliku qed jobdi l-avviżi legali ntiżi biex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu seba’ persuni f’ġemgħat t’aktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi skont…

Aktar