Kunsilli Lokali
4 Kunsilli Lokali jingħataw €81,000 għaż-żamma u l-manutenzjoni ta’ proġetti infrastrutturali

Erba’ Kunsilli lokali ngħataw bejniethom €81,000 għaż-żamma u l-manutenzjoni ta’ proġetti li saru mill-Gvern ċentrali. Il-flus huma parti minn fond ta’ €200,000 li tnieda fil-budget wara lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis semma’ d-diffikultajiet tal-Kunsilli biex iżommu fi stat tajjeb dawn il-proġetti.

Il-Kunsilli Lokali tal-Imdina, tas-Siġġiewi, tar-Raħal Ġdid u ta’ San Lawrenz ibbenefikaw mill-Fond għaż-Żamma u l-Manutenzjoni ta’ Proġetti Kapitali li saru mill-Gvern ċentrali. Il-Fond ta’ €200,000 tnieda fil-budget minħabba li l-Kunsilli kienu qed jilmentaw li ma għandhomx flus biex iżommu fi stat tajjeb dawn il-proġetti li jkunu saru mill-Gvern fil-lokalitajiet tagħhom.

Silvio Parnis qal “€81,000 li ser jingħataw lill-erba’ kunsilli lokali fejn il-proġetti kapitali jingħataw l-attenzjoni u l-manutezjoni fosthom fil-casino notablie , il-pjazza tar-Raħal Ġdid, ġewwa San Lawrenz hemm ġnien li kien inawgurat ftit tal-ġranet ilu u wkoll roundabout fid-daħla tas-Siġġiewi li rridu naraw li tinżamm tal-ogħla kwalità”.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li din hija inizjattiva oħra fir-riforma tal-kunsilli lokali maħsuba biex l-investiment li jkun sar fil-proġetti jibqa’ jitgawda mir-residenti.

Il-Ministru Bonnici qal “nemmen li f’dan il-mod inkunu nistgħu ntejbu l-lokalitajiet u anke tal-ambjent fejn wara kollox r-residenti jgħixu.”

Il-Ministru Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Parnis qassmu l-għotjiet finanzjarji lill-erba’ kunsilli f’konferenza li saret fil-Casino Notabile fl-Imdina wieħed mill-progett li jeħtieġ manutenzjoni kontinwa biex jinżamm fi stat tajjeb.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Gvern fi stqarrija ċaħad rapporti li xxandru fuq mezzi oħrajn tax-xandir u li anke ġew kwotati minn xi membri tal-Oppożizzjoni, dwar żidiet fil-pagi tal-membri tal-Kabinett. Fl-istqarrija l-Gvern qal li dawn…

Għawdex

Ċifri li kiseb TVM juru li nhar Santa Marija, il-kumpanija Gozo Channel operat mad-90 vjaġġ, żieda ta’ 14-il vjaġġ fuq l-istess jum is-sena l-oħra. B’kollox nhar il-Ħamis qasmu lejn Għawdex…

Qorti

Żewġ żgħażagħ Ingliżi li m’għandhomx residenza fissa f’Malta, tressqu l-Qorti akkużati b’pussess ta’ droga li nstabet f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom. L-ispettur Anthony Scerri ppreżenta bħala evidenza kważi…

Aktar