Lokali
4 nisa se jiġu deportati wara li nstabu ħatja b’burdell

Erba’ nisa; tliet Ukreni u oħra mill-Moldova ngħataw sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn u ordnati li jiġu deportati wara li nstabu ħatja li fl-aħħar xhur użaw post għal skop ta’ burdell u attivitajiet marbuta mal-prostituzzjoni.

In-nisa li għandhom bejn is-26 u l-41 sena dehru quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit u tressqu mill-ispetturi Roxanne Tabone u John Spiteri.

Il-Qorti ordnat ukoll il-konfiska tal-flus li qalgħu mill-attività illegali tagħhom.

Ara wkoll:

Libertà proviżorja għar-raġel akkużat li għex minn fuq il-prostituzzjoni

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari bħalissa għandha 200 membru li għandhom marda rari. Dan qalitu ċ-Chairperson u Fundatriċi tal-Alleanza, Michelle Muscat, meta tkellmet f’attività fl-okkażjoni tat-tielet sena mit-twaqqif ta’ din l-għaqda…

Xogħol

Il-General Workers Union qed issejjaħ għal emendi fil-liġi tax-xogħol biex il-prinċipju ta’ ħlas ugwali għall-istess xogħol jitwessa’ u jkopri lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f’azjenda, inkluż dawk li m’humiex f’impjieg dirett…

Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi ħafna għal għada l-Ħadd 24 ta’ Frar. Jidher li r-riħ se jilħaq il-qawwa ta’ riefnu (forza 8-9) mal-jum ta’ għada. It-temp mistenni jkun imsaħħab…

Aktar