Kronaka
4 persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga

4 persuni ġew arrestati b’rabta ma’ sejba ta’ droga suspettata kokaina u eroina li kienet imqasma f’pakketti lesta għat-traffikar.

Mara ta’ 38 sena minn Ħal Luqa, żewġt irġiel ta’ 27 u 30 sena residenti Bormla u raġel Ingliż ta’ 45 sena residenti Ħal Luqa ġew arrestati fil-lejl tat-23 t’Awwissu.

L-arrest sar wara ħidma mill-Iskwadra ta’ kontra d-droga.

Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bis-sejba u fetħet inkjesta.

Il-mara u l-Ingliż tressqu l-Qoti llum u nżammu arrestati. Iż-żewġt’irġiel l-oħra se jittressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.