Barranin
4 persuni jmutu f’tiġrif ta’ ħelikopter fl-Emirati Għarab Magħquda

Fl-Emirati Għarab Magħquda missjoni ta’ salvataġġ minn ħelikopter waslet biex 4 minn nies abbord il-ħelikopter tilfu ħajjithom.

L-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet qed issir f’Jebel Jais fejn hemm l-itwal żipline fid-dinja bil-ħelikopter jieħu n-nar fuq il-muntanji Ras al-Khaimah .

Din iż-żipline u attrazzjoni turistika nfetħet għall-pubbliku fi Frar li għadda. Din iż-żipline tagħmel parti minn park għall-avventura li ngħalaq wara d-diagrazzja sakemm isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.