Qorti
4 persuni l-Qorti b’akkużi ta’ ħasil ta’ flus

Mara ta’ 39 sena u tfajla ta’ 19-il sena residenti l-Pietà, flimkien ma’ mara u raġel ta’ 64 sena, residenti l-Gżira ġew akkużati li għamlu atti ta’ ħasil tal-flus billi kkonvertew, trasferixxew u għamlu użu illegali minn propjetà li kienu jafu li nkisbet permezz ta’attività kriminali.

Quddiem il-Maġistra Caroline Frendo Dimech huma ġew akkużati wkoll li aġixxew bħala kompliċi f’reati relatati mal-ħasil ta’ flus.

It-tfajla ta’ 19-il sena ġiet akkużata wkoll li inġurjat u li heddedt Spettur tal-Pulizija. Filwaqt li l-mara ta’ 39 sena ġiet akkużata wkoll li naqset milli tħares numru ta’ kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.

L-imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom, ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest u qed jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lianne Bonello, Ian Camilleri u Danilo Francalanza.