COVID-19
40 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta: 7 minn festin tal-Griżma

L-awtoritajiet tas-saħħa irreġistraw 40 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 1,548 swab test.

Ma kien reġistrat ħadd aktar li fieq u għalhekk l-ammont ta’ nies li rkupraw mill-coronavirus f’Malta baqa’ ta’ 675.

It-total ta’ każi f’Malta minn meta faqqgħet il-pandemija f’Marzu issa tela għal 1,035 li minnhom hemm 351 każ attiv.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sitt każijiet huma mill-cluster tal-iskejjel tal-Ingliż, erbgħa mill-cluster ta’ Paceville, seba’ każijiet li ġew intraċċati minn festin tal-Griżma, erbgħa huma kuntatti familjari ta’ każijiet magħrufa u żewġ każijiet impurtati.

Is-17-il każ l-ieħor huma każijiet sporadiċi, jiġifieri ta’ nies li ma jkunx mifhum li kellhom kuntatt ma’ persuni infettati.

Mill-bidu ta’ Marzu ‘l hawn saru kważi 140,000 swab test.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar