Barranin
AĠĠORNAT: 49 maqtula f’żewġ moskej fl-ikbar attakk fi New Zealand

L-ammont ta’ persuni maqtula fl-attakk fi New Zealand tela’ għal 49 persuna. Madwar għoxrin oħra ndarbu fl-istess sparaturi li seħħew f’żewġ moskej fil-belt ta’ Christchurch. Dan l-attakk qed jitqies bħala l-agħar sparatura tal-massa li qatt ra dan il-pajjiż.

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, Jacinda Ardern, iddeskriviet dan bħala attakk terroristiku u qalet li din ser tkun waħda mill-aktar ġranet koroh għal New Zealand.

Il-pulizija kkonfermat li tliet irġiel u mara qed jinżammu taħt arrest u wissiet li jista’ jkun hemm aktar aggressuri li rnexxielhom jaħarbu. Iktar tard inħelset persuna mill-erbgħa li ġew arrestati.

Il-Prim Ministru tal-Awstralja, Scott Morrison, ikkonferma li tal-inqas wieħed mill-agressuri huwa ċittadin Awstraljan. Hu ddeskriva lis-suspettat bħala terrorist vjolenti tal-lemin estrem.

Persuni li kienu fuq il-post u li rnexxielhom jaħarbu qalu li raw persuni fl-art bid-dmija barra l-moskea ta’ Al Noor.

L-awtoritajiet wissew biex il-moskej kollha jagħlqu u l-iskejjel fi Christchurch jinsabu magħluqa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Studenta Amerikana mietet traġikament wara li waqgħet m’għola 30 metru waqt li kienet qed tieħu xi ritratti pittoreski tax-xatt f’California. Il-vittma hija Michelle Casey ta’ 21 sena li kienet studenta…

Barranin

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tiffaċċja sejħiet biex tirriżenja minn Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Konservattiv hekk kif ħafna Membri Parlamentari Konservattivi mhux jilqgħu l-pjan li ressqet biex ikun…

Saħħa

Pazjenti li kellhom puplesija kkawżata minn emoroġija fil-moħħ jistgħu jieħdu l-aspirina biex inaqqsu r-riskju li jerġgħu jsofru minn puplesija jew problemi f’qalbhom. L-aspirina traqqaq id-demm u t-tobba kienu kawti biex…

Barranin

Raġel fl-Italja li qabad titjira b’oħra tagħtu rasu meta nduna li niżel fl-ajruport il-ħażin. Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda, meta minn Pisa l-passiġġier qabad titjira ta’ Ryanair lejn Bari, minflok…

Aktar