Lokali
AĠĠORNAT: 40 pajjiż fejn m’għandekx għax toqgħod kwarantina meta tasal lura Malta

Erbgħin pajjiż ieħor daħlu fil-lista ta’ pajjiżi li mhemmx ħtieġa li toqgħod kwarantina meta tirritorna Malta minnhom. Il-lista oranġjo kif aġġornata f’avviz legali issa tinkludi fost oħrajn 40 stat Amerikan u fl-Ewropa pajjiżi bħal Ċipru, il-Greċja, l-Italja, Spanja, il-Ġermanja, l-Awstrija u r-Renju Unit. Inkluż ukoll fil-lista oranġjo Iżrael kif ukoll pajjiż bħal Ġappun, it-Tajlandja, l-Awstralja u l-Kanada.

Kull min ikun ġej Malta minn dawn il-pajjiżi ma jkollux obbligu ta’ kwarantina kemm-il darba jipprovdi test negattiv għall-Covid19 li jkun sar mhux iżjed minn 72 siegħa qabel il-vjaġġ lejn Malta, jew jippreżenta ċ-ċertifikat tat-tilqima kontra l-Covid.

Lista riveduta ta’ pajjiżi:

L-Andorra, l-Awstrija, l-Awstralja, il-Belġju, il-Belt tal-Vatikan, il-Bulgarija, iċ-Ċina, Ċipru, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Estonja, Iżrael, il-Finlandja, Franza, il-Ġappun, il-Ġermanja, il-Ġordan, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, l-Iżlanda, il-Kanada, il-Korea t’Isfel, il-Kroazja, il-Latvja, il-Libanum, il-Liechtenstein, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Monako, New Zealand, in-Norveġja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Renju Unit, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, San Marino, Singapor, l-Islovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizerra, it-Tajlandja, it-Turkija u l-Ungerija.

L-Istati Uniti iżda limitata biss għal dawn l-istati: Washington, Oregon, Louisiana, Arizona, West Virginia, Colorado, North Dakota, Indiana, Georgia, Texas, Pennsylvania, North Carolina, Tennesse, Iowa, Nebraska, Ohio, South Carolina, New Mexico, Florida, Virginia, Maine, South Dakota, Michigan, Illinois, Delaware, Wisconsin, Puerto Rico, Hawaii, New Jersey, Minnesota, Connecticut, Alaska, New Hampshire, Maryland, New York, Rhode Island, Distrett ta’ Columbia, Massachusetts, Vermont, California.

Min-naħa l-oħra persuni li għandhom ċertifikat tat-tilqim rikonoxxut mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika jistgħu wkoll jivvjaġġaw lejn u minn Malta minn kull pajjiż elenkat f’din il-lista;

Il-Belarus, Beliże, il-Bożnja u Herzegovina, il-Butan, il-Fiji, il-Ġamajka, il-Ġeorġja, il-Gżejjer Faroe, il-Kosovo, il-Każakstan, il-Maċedonja tat-Tramuntana, il-Montenegro, il-Moldova, il-Vjetnam, l-Eġittu, l-Iran, il-Libja, il-Panama, il-Qatar, Kuba, is-Serbja, it-Tajwan, l-Albanija, l-Armenjam l-Ażerbajġan u l-Arabja Sawdija.