Immigrazzjoni
400 immigrant irregolari jidħlu fi Sqallija u jispiċċaw jiġru fit-toroq

Mal-400 immigrant irregolari llum daħlu f’Agrigento, fi Sqallija. Qed ikun irrappurtat li vapur telaqhom ftit metri ’l bogħod mix-xtajta ramlija ta’ Palma di Montechiaro.

Il-midja Taljana qed tirrapporta li l-immigranti telgħu l-art għall-ħabta ta’ nofsinhar, u telqu jiġru fil-kampanja u fit-toroq fi gruppi. Uħud spiċċaw fuq l-autostrada, fejn bdew iwaqqfu l-karozzi u jitolbu rikba u ftit ilma.

Qed ikun irrappurtat li 52 minn dawn l-immigranti, fosthom tfal u trabi, niżlu fuq il-gżira Linosa, fejn twaqqfu mill-Pulizija u mistennija jittieħdu lejn Lampedusa.

Sadanittant, għall-immigranti li niżlu f’Palma di Montechiaro għaddejjin tfittxijiet intensivi mill-pulizija, il-carabinieri u s-suldati, anki b’ħelikopter.

Dan kien l-ogħla numru ta’ immigranti li qatt niżlu f’salt fuq ix-xatt f’Agrigento.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong għamlet l-ewwel arresti taħt il-liġi l-ġdida imposta minn Beijing kontra l-protesti. Dan hekk kif għadd kbir ta’ nies fakkru it-23 sena mit-tmiem tat-tmexxija Ingliża. Aktar minn 300…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti spara fuq mara li ħaditlu bandiera tan-Nażi li kellu mwaħħla quddiem daru f’Oklahoma. L-uffiċċju tax-Sheriff ta’ Garfield County qal li l-mara kienet qegħda f’festin fil-viċin, meta f’ħin…

COVID-19

Puplesija, delirju, ansjetà, konfużjoni, għejja, u l-lista tkompli. Il-Covid-19 mhix biss marda respiratorja! Ma kull ġimgħa li tgħaddi, qed joħroġ aktar ċar kemm il-coronavirus jista’ jwassal għal problemi newroloġiċi. Il-maġġoranza…

Aktar