Għawdex
400 persuna jgawdu mir-rigali permezz tal-kampanja Naħseb Fik

Iktar minn 400 persuna anzjana u vulnerabbli gawdew mir-raba’ edizzjoni tal-inizjattiva Naħseb Fik.

Il-kampanja ‘Naħseb Fik’ hija mmexxija mill-Ministeru għal Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-ġenerożità li mogħni biha l-poplu Malti u Għawdxi ma tarax limitu. Caruana nnutat ir-rispons qawwi ntwera fi żmien qasir, proprjament fi 3 ġimgħat, minn mindu ġiet varata din l-inizjattiva. Qalet li permezz ta’ kampanja bħal din u oħrajn simili li jiġu organizzati, tista’ tintwera solidarjetà aktar diretta bejn il-ġenerazzjonijiet fil-familja u fil-komunità.

Hi ddeskriviet dan is-suċċess bħala turija ta’ solidarjetà fost nies, li għalkemm ma jafux lil xulxin, xorta jħossu r-rabta tal-għożża umana f’dawn il-jiem tal-festi.​

Aħbarijiet Oħra
Lokali

X Factor Malta qed isejjaħ għall-kontribut ta’ kompożituri u awturi li jixtiequ li l-kanzunetti tagħhom jiġu interpretati mill-kontestanti tal-programm. Il-kanzunetti li jiġu magħżula jiġu interpretati waqt il-‘live shows’ fil-fażi finali…

Forzi Armati

Jumejn oħra l-Forzi Armati jimmuntaw l-akbar parata annwali. L-okkażjoni hi l-festa nazzjonali ta’ Jum ir-Repubblika. Il-parata ta’ din is-sena se tinkludi wkoll l-hekk imsejħa Trooping The Colour . . ….

Kronaka

Anzjana sofriet xi ġrieħi wara li allegatament ġiet aggredita minn raġel fil-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15 ta’ waranofsinhar viċin il-knisja ta’ San Ġorġ Preca. Fuq il-post marru l-Pulizija u tim…

Qorti

Żewġ Somali tressqu l-Qorti akkużati b’pussess aggravat tad-droga kannabis, bi traffikar, u li huma riċedivi. Huma gew arrestati l-Ħadd li għadda mill-pulizija li kienu qed jagħmlu r-ronda fil-Ħamrun. Iż-żewġ irġiel…

Aktar