Lokali
41 kandidat qed jikkontestaw għall-Parlament Ewropew

Minn Malta jridu jiġu eletti 6 Ewroparlamentari. L-għażla tal-elettorat trid issir minn fost 41 kandidat, l-akbar għadd ta’ kandidati li qatt ikkontestaw għall-Parlament Ewropew f’Malta. Tal-lum hi r-raba’ elezzjoni Ewropea li l-Maltin qed jieħdu sehem fiha.

Il-Partit Laburista għandu 14-il kandidat; il-Partit Nazzjonalista 10; il-Partit Demokratiku kkontesta b’4 kandidati. Alternattiva Demokratika, Alleanza Bidla u l-Moviment Patrijotti Maltin għandhom żewġ kandidati kull wieħed. Hemm seba’ kandidati ta’ partiti oħra jew indipendenti.

Apparti l-Maltin, fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew jistgħu jivvutaw hawnhekk ċittadini minn stati membri fl-Unjoni Ewropea residenti f’Malta. Dawn kellhom jirreġistraw mal-Kummissjoni Elettorali u jivvutaw għal kandidati Maltin. Hemm 18,375 li jistgħu jagħmlu hekk, l-aktar fosthom Ingliżi bi ftit aktar minn 6,000. Wara l-Ingliżi, l-akbar ammont ta’ barranin li għażlu li jivvutaw f’Malta, huma t-Taljani b’aktar minn 4,000; segwiti mill-Bulgari, il-Ġermaniżi u r-Rumeni. Ċittadin wieħed biss mil-Lussemburgu li hu resident f’Malta rreġistra biex jivvota hawn.

Meqjusa fost l-akbar eżerċizzi demokratiċi fid-dinja, l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew qed isiru fit-28 stat membru tal-Unjoni Ewropea f’dati differenti bejn il-Ħamis u l-Ħadd. Bħal Malta, Illum għaddejja votazzjoni fi tliet pajjiżi oħra: il-Latvja, is-Slovakkja u r-Repubblika Ċeka. Il-maġġoranza tal-pajjiżi jivvutaw għada. B’kollox iridu jiġu eletti 751 Ewroparlamentari. Eliġibbli jivvutaw aktar minn 400 miljun persuna.

Kull pajjiż għandu s-sistema tiegħu għall-għadd tal-voti, bir-riżultati uffiċċjali iżda jridu jinżammu mistura sa tard il-Ħadd filgħaxija meta l-votazzjoni fil-pajjiżi kollha tkun għalqet. L-aħħar postijiet tal-votazzjoni għada jagħlqu fil-11pm fl-Italja. F’Malta, il-Kummissjoni Elettorali qed tistma li sa dak il-ħin tkun ikkonkludiet il-proċess kollu tal-għadd, li għall-ewwel darba ser isir b’mod elettroniku, u tkun f’pożizzjoni tħabbar ir-riżultat uffiċċjali ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar