Saħħa
41 tabib fl-Italja investigati dwar ħruġ ta’ ċertifikati foloz

Il-Guardia di Finanza qed tinvestiga 41 tabib wara li numru minnhom ħarġu ċertifikati ta’ mard lil kollegi tagħhom għax ma riedux imorru xogħol minħabba li beżgħu li jieħdu l-Covid.

Kienet il-Guardia di Finanza ta’ Catanzaro li saret taf li 13-il tabib li jaħdmu mas-servizz ta’ emerġenza 118 ma marrux għax-xogħol wara li ppreżentaw ċertifikati tal-mard li kienu foloz.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ħafna mit-tobba li ħarġu ċ-ċertifikati foloz lill-kollegi tagħhom lanqas biss inviżtawhom u għamlu hekk wara li rċevew telefonata.

Il-Guardia di Finanza skopriet ukoll li fost it-tobba li ma marrux għax-xogħol, għax qalu li beżgħu mill-pandemija, baqgħu jipprattikaw fil-privat.