Avjazzjoni
411-il ajruplan reġistrat f’Malta

Tul is-sena li għaddiet l-Awtorità għat-Trasport u d-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili komplew jaħdmu biex jiżdied l-ajruplani fir-reġistrati f’Malta li qabzu l-400 ajruplan skont il-mira li kien hemm għas-sena li għaddiet.

Iċ-Chairman ta’ Trasport Malta Joseph Bugeja qal li din il-mira ntlaħqet għaliex Trasport Malta qed toffri servizz serju u effiċjenti.

“Mhux biss ilħaqna l-400 sakemm qed norganizzaw din il-laqgħa wasalna għall-411 it-target li jmiss huwa ta’ 460 u kunfidenti li bix-xogħol li qed tagħmel l-awtorità kapaċi nilħquh.”

Is-Sur Bugeja qal li t-taħlita tal-klijenti b’ajruplan kbar tal-passiggieri u oħrajn zgħar hi wkoll ta’ importanza għas-suċċess għar-reġistru Malti tal-ajruplani.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li l-avjazzjoni hi niċċa importanti li qed dejjem tikber. Dr Borg qal li l-Gvern qed jistinka biex is-suċċess fir-registru tal-vapuri ikun imtenni anke fis-settur tal-avjazzjoni.

Il-Ministru Borg ippreżentat Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru lill-kumpanija Spanjola Galistair, li tipprovdi servizzi tal-ajru u għandha flotta ta’ ajruplani għas-servizz charter. Dr Borg qal li bħalissa qed ikunu kunsidrati ħames applikazzjonijiet oħra għal dan iċ-ċertifikat minn kumpaniji fis-settur kif ukoll tliet applikazzjonijiet minn skejjel tal-avjazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġew inawgurati żewġ bowsers state of the art li jitrattaw id-drenaġġ. Dan bħala parti minn proġett maġġuri tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma, iffinanzjat minn fondi Ewropej. Dawn il-bowsers huma l-aħħar żieda mal-flotta…

Politika

Il-Kap tad-Dipartiment għall-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Glenn Micallef, spjega li l-Kummissjoni Ewropea għamlet il-proposta tagħha dwar id-daqs tal-budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Din il-proposta kienet…

Kultura

L-istazzjon nazzjonali se jkun qed ixandar l-iskeda sħiħa tal-Karnival ta’ din is-sena. Dawn huma l-ħinijiet tax-xandiret tal-Karnival: Is-Sibt 22 ta’ Frar  – Il-Karnival tat-Tfal mid-09:25 sa 12:00 fuq TVM2 Is-Sibt…

Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Aktar