COVID-19
43 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta u jfiqu 30

F’iktar minn 6 xhur kemm ilu l-Covid f’Malta, kienet biss persuna waħda li kellha l-virus u reġgħet irkadiet. Dan kien wieħed mit-43 każi pożittivi li ħarġu fl-aħħar siegħat.

Fir-rendikont tal-każi, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw pożittivi 14-il anzjan minn dar waħda tal-anzjani – fir-residenza ta’ San Ġużepp, bil-Professur Charmaine Gauci tgħid li fl-aħħar jiem żdied in-numru ta’ anzjani nfettati bil-virus.

Intant, bejn ilbieraħ u llum fiequ 30 persuna oħra, biex issa l-ammont ta’ persuni li rkupraw mill-coronavirus issa tela’ għal 1,833.

Minn meta faqqgħet il-pandemija sal-lum, l-ammont ta’ każijiet f’Malta tela’ għal 2,247 li minnhom 399 għadhom attivi.

Ħafna mill-pazjenti qegħdin jirkupraw fi djarhom. Hemm tmien pazjenti qegħdin fit-Taqsima tal-Mard Infettiv – tlieta minnhom għandhom ‘il fuq minn 80 sena u ma jinsabux f’qagħda stabbli. Persuna tinsab f’qagħda stabbli fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, erba’ persuni qed jingħataw kura fi swali oħra tal-isptar Mater Dei li huma attrezzati għall-Covid-19. Tmien persuni oħra qed jirkupraw fl-isptar Boffa u 15 oħra fl-isptar St Thomas.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet fost oħrajn li l-età medja tal-persuni bil-COVID telgħet għal 47.

Il-Professur Gauci qalet li din il-ġimgħa komplew jiżdiedu l-każi fost il-familji – hekk kif instabu 51 persuna oħra infettati f’dan il-grupp. Il-grupp ta’ persuni infettati fuq il-post tax-xogħol din il-ġimgħa żdied bi 22 persuna oħra u kien hemm ukoll grupp ta’ 21 ħaddiem fuq il-proġett tal-Junction tal-Marsa li ġew infettati. Qalet li din il-ġimgħa kien hemm 16-il każ li ħarġu minn avvenimenti privati u għaxar persuni li nstabu pożittivi wara kompetizzjoni sportiva. Fiċ-ċentri ta’ detenzjoni tal-immigranti din il-ġimgħa ħarġu 31 każ ieħor u f’Għawdex hemm erbatax-il każ ta’ coronavirus.

Tista’ tara l-aġġornament dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-imxija f’pajjiżna hawn:

Aħbarijiet Oħra

L-ammont ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 fl-Istati Uniti, qabeż il-200,000. Skont is-sit li jżomm id-data dwar l-imxija tal-coronavirus fid-dinja, Johns Hopkins University, aktar minn 6.8 miljun ruħ huma magħrufa li…

Raġel ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess…

Summit ta’ jumejn għall-mexxejja Ewropej li kellu jibda għada se jiġi pospost, wara li uffiċjal tas-siġurtà ħareġ pożittiv għall-Covid-19. Minħabba f’hekk, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel kellu joqgħod fi kwarantina,…

Il-lingwa tas-sinjali Maltija hija t-tielet ilsien uffiċjali f’Malta. Lejliet il-Jum Dinji għal-Lingwa tas-Sinjali, TVM tkellem mal-Professur Marie Alexander li hija l-editriċi tal-uniku dizzjunarju ta’ din il-lingwa, li jiġbor mijiet ta’…

Aktar