Qorti
44 xahar priġunerija wara li wettaq għadd ta’ serqiet

Avtandil Rusia mill-Ġorġja ġie kkundannat 44 xahar ħabs li wara li ammetta li f’Ottubru li għadda wettaq għadd ta’ serqiet minn residenzi differenti.

It-tmien serqiet li wettaq saru minn residenzi fir-Rabat, f’Ħaż-Żebbuġ, f’Tas-Sliema, fis-Swieqi, u San Ġwann. F’kull serqa l-oġġetti li ħa Rusia kienu jammontaw għal eluf ta’ ewro.

Fil-Qorti Rusia wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud tikkunsidra l-ammissjoni tiegħu u l-fatt li kkopera mal-Pulizija, u tikkundannah għal sentenza ta’ 44 xahar priġunerija.

 

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Knisja f’Malta llum tiċċelebra l-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani. Il-ġurnata tal-festa kienet intgħażlet mill-Papa Ġwanni Pawlu II meta bbeatifika l-ewwel tliet Maltin f’ċerimonja fuq il-Fosos tal-Floriana f’Mejju tas-sena 2001. Il-ġurnata…

Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Aktar