Parlament
4,467 ‘carer’ fil-pajjiż b’2,470 minnhom barranin

Sal-aħħar ta’ Ottubru li għadda kien hawn 4,467 ‘carer’ fil-pajjiż li minnhom 1,997 kienu Maltin u Għawdxin waqt li 2,470 kienu barranin kemm minn pajjiżi tal-UE kif ukoll minn pajjiżi terzi.

Dan jirriżulta minn ċifri mpoġġija fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana wara mistoqsija tad-deputat tal-Gvern Silvio Grixti.

Miċ-ċifri dwar il-ħaddiema barranin jirriżulta li l-ikbar ammont, 1,147, ġejjin mill-Filippini segwiti minn 958 mill-Indja u 120 mill-Pakistan.

Dawn il-‘carers’ kienu qed jaħdmu fi sptarijiet, djar tal-anzjani, djar ta’ persuni b’diżabilità u anke fi djar residenzjali.