COVID-19
45 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta – ifiqu 32 persuna

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li minn 1,783 swab test li ġew analizzati fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 45 kaz ta’ Covid-19 u fiequ 32 persuna oħra, biex il-każi attivi issa huma ta’ 676.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li ħames immigranti li jgħixu f’ċentri magħluqa ukoll irriżultaw pożittivi għall-Covid-19.

Waqt li dawn l-aħħar kazijiet għadhom qed jigu nvestigati, f’ħarsa lejn xi kazijiet li ħargu mit-32 każ irreġistrati l-Ħadd l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li kien hemm 8 każijiet ta’ membri li fil-familja għandhom min hu pożittiv għall-coronavirus u żewġ każijiet li kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni bil-virus.

Każ ieħor ħareġ mir-residenza tal-anzjani San Guzepp fil-Fgura u erba’ każijiet oħra li ttieħdu minn fuq il-post tax-xogħol.

Żewġ każijiet oħra nstabu minn attività soċjali.

Aktar kmieni llum tħabbar ukoll li anzjan ta’ 98 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19 biex issa l-ammont ta’ mwiet mill-coronavirus f’Malta tela għal 22.

Ara wkoll:

Anzjan imut waqt li kien pożittiv bil-Covid-19