Barranin
45 mejta fosthom tfal wara li xarabank ħadet in-nar fil-Bulgarija

Tnax-il tifel u tifla fost sitta u erbgħin passiġġier f’xarabank sfaw vittma wara f’inċident tat-traffiku

Fl-inċident tal-lejl li għadda, xarabank b’aktar minn ħamsin persuna abbord li kienet għaddejja mit-triq ewlenija fil-lbiċ tal-kapitali Bulgara, qaċċtet daqs 50 metru mill-barrikati tal-ħadid fit-triq u ħadet in-nar. Ix-xarabank kienet irreġistrata fil-Maċedonja ta’ fuq u abbord kellha turisti li kienu qed jirritornaw mit-Turkija. Seba’ persuni rnexxielhom joħorġu mix-xarabank u ttieħdu l-isptar isofru minn ħruq estensiv. Il-kumplament mietu.

Il-kawża ta’ din it-traġedja għadha ma ġietx stabbilita bl-aktar żewġ possibilitajiet huma żball mix-xufier jew ħsarat tekniċi.

Fl-inċident ma kinux involuti vetturi oħra. Ix-xarabank kienet parti minn konvoy ta’ erba’ fi triqithom lura lejn il-Maċedonja ta’ Fuq; it-tlieta l-oħra li kienu qabilha baqgħu sejrin normali bil-vjaġġ mingħajr ma ntebħu x’ġara.

Uffiċjali mill-Maċedonja qalu li dawk li salvaw irrakkontaw li l-passiġġieri kienu reqdin u qamu maħsuda b’ħoss ta’ splużjoni.