Edukazzjoni
450 kors għall-adulti f’77 suġġett differenti

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif ukoll f’dawk artiġjanali, fost oħrajn.

Minn din il-ġimgħa ser jibdew jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għall-korsijiet tat-tagħlim tul il-ħajja.

Id-Direttur għad-Direttorat tar-Riċerka, it-Tagħlim Tul il-Ħajja, u l-Impjegabilità Alex Farrugia qal li ser ikunu offruti 450 kors b’77 suġġett. Hu qal li l-korsijiet ser isiru fi tmien ċentri.

Is-Sur Farrugia qal li ser jiġu mgħallma 11-il lingwa, fosthom il-Ġermaniż, l-Ispanjol u r-Russu. Qal li ser ikunu offruti korsijiet oħra maħsuba biex l-applikanti itejbu l-ħiliet bażiċi fil-qari, fil-kitba, fil-matematika u fil-kompjuter, kif ukoll korsijiet ta’ reviżjoni ta’ suġġetti fil-livell Ordinarju u Avvanzat, tagħlim tal-kompjuter u taħriġ vokazzjonali.

Alex Farrugia qal “għandek min ma rnexxiex fl-edukazzjoni fl-ewwel prova ta’ ħajtu u qed jerġa’ jiġi hawn biex jerġa’ jipprova , li huwa kunċett importanti. Għandek min jiġi għandna biex ikompli jkattar il-ħiliet tiegħu – forsi anke biex isib imjieg aħjar u għandek ukoll min jiġi hawn bħala hobby u jkabbar lilu nnifsu.”

Is-Sur Farrugia spjega li ser jingħataw korsijiet tal-ganutell, il-mużajk, iċ-ċeramika, il-ħjata u t-tisjir.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-ġejjieni tal-pajjiż jiddependi minn tagħlim tul il-ħajja għax spiċċa ż-żmien li wieħed ma jibqax jitgħallem.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

F’rapport li jsir kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent fil-pajjizi Ewropej jghid li jeħtieġ soluzzjonijiet fundamentali fl-għaxar snin li ġejjin biex jiġi evitat tibdil fil-klima li iwassal għall-temperaturi għoljin estremi….

Kisbiet

L-atti notarili tan-nutar Paolo Bonello li għex fis-seklu ħmistax, servew ta’ punt ta’ tluq għal sistema bbażata fuq intelliġenza artifiċjali msejħa Notary Pedia. L-istudenta tal-Masters fl-intelliġenza artifiċjali fl-Università ta’ Malta…

Annimali

Jingħad li l-kelb huwa l-aqwa ħabib li l-bniedem jista’ jkollu iżda għal persuni neqsin mid-dawl, bil-kundizzjoni tal-awtiżmu jew diabete kelb jaf ikun bastun tad-demm u l-laħam. Aktar kmieni din il-ġimgħa…

Lokali

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni llum. Fi stqarrija l-IĠM qal li ġie infurmat li ġurnalista għamlet rapport lill-Pulizija wara li rċeviet ittra ta’…

Aktar