Barranin
47 attivista mixlija li wettqu atti li kkompromettew l-liġijiet ta’ sigurtà f’Hong Kong

Il-Pulizija f’Hong Kong xlew lill-47 attivista li wettqu atti li kkompremettew l-liġijiet kontroversjali dwar is-sigurtà li daħlu fis-seħħ riċentament u li kritiċi jsostnu neżżgħu lil Hong Kong mill-awtonomija. L-47 persuna kienu fost 55 persuna arrestati f’rejds li saru ma’ sbieħ il-jum ix-xahar li għadda. Huma ġew ordnati jirrappurtaw fl-għases tal-pulizija qabel għada jitressqu l-qorti.

Il-liġijiet qed ikunu infurzati minn Beijing saru bl-intenzjoni li jkun hemm stabbiltà fil-pajjiż wara sensiela ta’ protesti favur id-demokrazija fl-2019 li żviluppaw f’dimostrazzjonijiet vjolenti. Il-pulizija f’Hong Kong qalu li s’issa kienu arrestati disa’ u disgħin persuna li kisru dawn il-liġijiet.