COVID-19
47 każ pożittiv fi 3 djar tal-anzjani – 38 minnhom residenti

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li matul din il-ġimgħa biss, kien hemm 33 anzjan li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.

Hija u twieġeb għall-mistoqsija ta’ Television Malta waqt il-bulettin mediku tal-Ġimgħa, hija qalet li l-virus feġġ fi tliet djar tal-anzjani fejn b’kollox 47 ruħ irriżultaw pożittivi.

Il-Professur Gauci qalet li 13-il każ instabu f’Casa Antonia f’Ħal Balzan – 11 minnhom residenti u żewġ carers u nstabu wkoll żewġ residenti fir-residenza għall-anzjani San Paolo f’San Pawl il-Baħar.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet ukoll li fir-residenza għall-anzjani San Ġużepp fil-Fgura nstabu 32 każ pożittiv, seba’ minnhom carers u lbqija, 25 każ ta’ residenti.

Ara wkoll:

Persuna li rkuprat mill-coronavirus terġa’ tirriżulta pożittiva wara 4 xhur

43 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta u jfiqu 30

Aħbarijiet Oħra

Il-kantanta Ruth Portelli il-ġimgħa li għaddiet kienet ir-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta ‘Kuruni’, fuq kliem ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas. Fi kliem Paul Ellul, ‘il-kanzunetta titratta dwar…

Ġew irriġenerati 10 blokok ta’ appartamenti fl-oqsma tad-djar f’Ħaż-Żabbar b’investiment ta’ €700,000 li minnu gawdew 110 familji. Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li l-binjiet ġew miżbugħa b’kuluri differenti biex…

L-ammont ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 fl-Istati Uniti, qabeż il-200,000. Skont is-sit li jżomm id-data dwar l-imxija tal-coronavirus fid-dinja, Johns Hopkins University, aktar minn 6.8 miljun ruħ huma magħrufa li…

Raġel ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess…

Aktar