COVID-19
49 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 41 oħra mfejqa

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 49 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 1,666 swab tests.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li 41 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, u b’hekk l-ammont ta’ persuni f’Malta li fiequ mill-Covid-19 tela’ għal 1,931.

Minn total ta’ 2,454 każijiet ikkonfermati f’Malta mill-bidu tal-pandemija, bħalissa hemm 507 li għadhom attivi.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-aħħar każijiet għadhom qed jiġu investigati.

Sadanittant, mill-każijiet tal-bieraħ, 14 kienu membri tal-familja minn każijiet diġà magħrufa, 1 kien kollegai tax-xogħol ta’ każ pożittiv, 1 kien kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva, 2 każi oħra kienu impurtati, waqt li 3 oħra kienu f’ġabra ta’ nies fejn kien hemm każi pożittivi.

Aħbarijiet Oħra

Inġabru ftit aktar minn €500,000 s’issa waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi mill-fondazzjoni Malta Community Chest Fund. 5️⃣0️⃣0️⃣,0️⃣0️⃣0️⃣ – GRAZZI! 🇲🇹 5100 2020 – €205190 2030 – €505130 2000 –…

Din is-sena l-vendemmja naqset iżda l-kwalità tal-għeneb kienet tajba ħafna. Dan intqal minn produttur ewlieni tal-inbid lokali Jeremy Cassar li appella wkoll biex iż-żgħażagħ li jixtiequ jinvestu fl-agrikoltura u l-vitikultura…

Għandu 40 sena u ilu seba’ snin jivvjaġġa minn pajjiż għall-ieħor jibni l-kastelli bir-ramel, u jgħix ġo kamp. Peter Havel mir-Repubblika Ċeka qal li għalih dan huwa l-isbaħ stil ta’…

Mill-ispezzjonijiet li qed jagħmlu uffiċjali ta’ Transport Malta jirriżulta li l-iktar li sabu nies bla maskra fil-pubbliku huwa fuq tal-linja. Fi 3 ġimgħat inħarġu mat-300 multa wara li saru 13,000…

Aktar