COVID-19
49 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn rekord ta’ 2,200 swab test

Fl-aħħar 24 siegħa saru rekord ta’ swab tests, 2,200. Minn dawn in-numru rekord ta’ swabs instabu 49 każ pożittiv.

Il-Ministeru għas-Saħħa jappella għal responsabbiltà f’dawn il-mumenti u ma għandux ikun hemm spekulazzjoni b’numri jew inkella tixrid ta’ aħbarijiet foloz li jallarmaw lin-nies għal xejn.

Fi stqarrija ntqal li sa dan il-ħin m’hemm ebda pazjent fit-Taqsima tal-Kura Intensiva u għalhekk kulħadd għandu jkun kawt fil-kummenti tiegħu dwar pazjenti f’qagħda kritika.

Il-Ministeru għas-Saħħa jixtieq jirringrazzja lill-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa li għal darb’oħra qed jagħmlu dak kollu possibbli biex jiġġieldu l-imxija tal-Covid-19.

Li jsiru numru kbir ta’ testijiet, hija waħda mill-miżuri l-aktar effettivi kontra l-Covid-19 hekk kif tkun tista’ tiżola l-każijiet pożittivi u tpoġġi kwarantina lil kull min kellu kuntatt magħhom, b’hekk kemm jista’ jkun tnaqqas aktar it-tixrid.

Fuq Facebook, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħu fiequ 3 persuni oħra u b’hekk l-ammont ta’ persuni f’Malta li rkupraw mill-Covid-19 tela għal 695. Minn Marzu ‘l hawn l-ammont ta’ persuni li mardu bil-Covid-19 tela’ għal 1190 każ li minnhom hemm 486 attivi.

Mill-aħħar 49 każ hemm sitt mill-grupp tal-isptar Monte Karmeli, 4 każijiet mill-krew tal-film Jurassic World li qed jinġibed bħalissa f’pajjiżna u 3 każijiet mill-klabb tal-futboll ta’ Ħal Balzan. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li għadu għaddej il-contact tracing fuq il-bqija tal-każijiet.

Ara wkoll:

L-iżball ta’ min qal li llum se jkollna 70+ każijiet ġodda

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar