COVID-19
49 każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 43, 31 l-isptar

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 49 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 43.

B’hekk in-numru ta’ persuni li għandhom il-virus issa huwa ta’ 723.

Fl-Isptar Mater Dei  hemm 31 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus.

Minnhom 2 jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

In-numru tal-vittmi tela’ għal 444 wara li mietu żewġ persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 3,998 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 1,208,855.

In-numru ta’ dawk li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna tela’ għal 36,475.

Dawk li, skont l-awtoritajiet, irkupraw mill-pandemija issa laħaq l-34,912.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 799,148 doża tat-tilqima b’415,210 ikunu l-ewwel doża.

Dawk li ħadu t-tilqima b’mod komplut issa jammontaw għal 413,811.

 

Ara wkoll:

 

Raġel ta’ 41 sena u mara ta’ 69 sena jmutu waqt li kienu pożittivi għall-Covid