Saħħa
49 persuna reġistrata li ssofri minn Motor Neurone Disease

Fil-pajjiż hawn 49 persuna rreġistrata li ssofri minn Motor Neurone Disease li hija marda li ddgħajjef in-nervituri tal-ġisem u taffettwa l-muskoli.

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ta din iċ-ċifra għal mistoqsija parlamentari tad-deputat tal-Oppożizzjoni Ivan Bartolo li ried ikun jaf kemm hawn nies bl-ALS.

Mistoqsi x’għajnuniet qed jieħdu, Fearne wieġeb li dawn il-persuni qed jirċievu trattament mediku neċessarju minn tim multidixxiplinarju ta’ esperti mediċi.