Lokali
Investiment ta’ €5 miljuni għall-benefiċċju tal-Iskalin kollha

Mis-sena skolastika li jmiss l-istudenti tal-kindergarten u tal-Primarja f’Marsaskala se jżanżnu skola ġdida li qed tinbena b’investiment ta’ €5 miljun. Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, Mario Gafa’, qal li x-xogħol jinsab avvanzat u skont il-pjan u meta jitlesta għandu jaqdi anke l-ħtiġijiet tal-komunità ta’ Marsaskala.

F’Settembru li ġej, madwar 500 student u studenta mistennija jżanżnu skola ġdida f’Marsaskala.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, Mario Gafa’, qal li din l-iskola hija meħtieġa daqs il-ħobż għall-Iskalin minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni f’Marsaskala li hija waħda mil-lokalitajiet li għandhom popolazzjoni żagħżugħa.

L-Inginier Gafa’ qal li dan il-proġett qed isir b’investiment ta’ €5 miljuni u l-iskola ser ikollha l-faċilitajiet kollha għall-istudenti li jistgħu jservu wkoll għall-komunità.

Il-Kap Eżekuttiv għall-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada Mario Gafa’ qal ”se jkollha faċilitajiet minn ċentru għall-ħarsien tat-tfal li ovvjament dawn għamlu progress kbir f’pajjiżna. Se jkun hemm kindergarten u se jkun hemm il-primarja mill-Year 1 sa Year 5, jiġifieri ġenituri li jkollhom tfal ta’ etajiet differenti jistgħu jiġu f’din l-iskola, u ma joqogħdux jiġru minn skola għal oħra.”

L-Inġinier Gafa’ qal li tlesta x-xogħol fuq il-parkeġġ, li jesa’ 50 karozza, u li se jkun jista’ jintuża mill-komunità meta l-iskola ma tkunx miftuħa.

Żied jgħid li għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Knisja dwar l-użu potenzjali tal-art tal-Knisja li hemm wara l-iskola. L-idea hi li l-Knisja tipprovdi l-art u l-fondazzjoni tibni ċentru parrokkjali.

Hemm biċċa art tajba ħafna illi se nagħmlu ċentru parrokkjali hemmhekk u t-tfal li se jkun hemm dan iċ-ċentru se jkunu jistgħu jużaw il-grawnds tal-futbol meta l-iskola ma tkunx qed topera.

L-Inġinier Gafa’ qal li l-Fondazzjoni tal-Iskejjel ta’ Għada għaddejja bi proġetti oħrajn fosthom fl-Imsida u r-Rabat Għawdex u estensjonijiet fl-iskejjel ta’ Santa Luċija, Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Michael Claude Nussbaum ammetta li kien qed iġorr arma tan-nar u munizzjon mingħajr liċenzja. Huwa ġie arrestat fl-Ajruport wara li nqabad b’pistola fil-bagalja tiegħu qabel ma qabad it-titjira lejn Franza….

Qorti

Amerikan u Messikan li ġew Malta biex jattendu għal tieġ ta’ seħibhom tilfu l-festin wara li ġew arrestati f’San Ġiljan. Eric Arata u Fernandez ġew akkużati li kisru l-paċi pubblika…

Lokali

Ajruplan tal-merkanzija tal-kumpannija DHL ta’ battikata lil madwar 400 ruħ li ngħaqdu flimkien biex jiġbdu dan l-ajruplan b’risq Puttinu Cares. Din l-attività daħlet fir-raba’ sena tagħha, u kull sena ssir…

Infrastruttura

Il-bajja tal-Balluta ngħalqet temporanjament sakemm isir il-monitoraġġ meħtieġ wara li l-maltemp u x-xita fl-aħħar jiem ferqet ir-ramel u dan spiċċa lura fil-baħar. Fi stqarrija l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qalet li flimkien…

Aktar