Kumpaniji
4a games tifrex l-operat f’Malta u żżid l-impjegati

Il-kumpanija 4A Games ġiet Malta mill-Ukrajna u llum tikklassifika mal-aqwa fid-dinja għall-iżvilupp ta’ software u logħob diġitali. Il-Prim Ministru Joseph Muscat żar il-kumpanija u qal li din ser tkompli żżid l-investiment u l-ħaddiema.

L-atmosfera ekonomika u l-vantaġġi li Malta toffri biex investituri barranin jibdew joperaw minn Malta waslet lil 4A Games biex mill-Ukrajna ġġib 50 ħaddiem fil-qasam diġitali lejn Malta flimkien mal-familji taghhom.

Il-Kap Eżekuttiv Dean Sharpe qal li f’Malta sab għajnuna kbira li waslet biex jiddeċiedi li jiġi Malta. Qal li l-ispeċjalizzazzjoni tal-kumpanija hija l-iżvilupp ta’ logħob diġitali tant li l-logħoba Metro Exodus ħadet ħames snin xogħol u fiha 43,000 animazzjoni.

Il-Kap tal-Operat tal-Fondazzjoni ghal-Logħob Ivan Filletti qal li din il-kumpanija fetħet suq ieħor li l-pajjiż jista’ jimraħ fih.

Waqt zjara lill-istudio tal-kumpanija, Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din mistennija tkompli tkabbar l-operat tagħha, wara li fl-aħħar snin minn 50 ħaddiem telgħet għal 65. Dr Muscat qal li fil-jiem li ġejjin ser titħabbar il-viżjoni tal-Gvern għall-qasam diġitali, li tinkludi l-intelliġenza artifiċjali.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

L-Imħallef irtirat, Michael Mallia, li qed jeżamina l-aħħar messaġġi li kienet irċeviet Daphne Caruana Galizia, se jkun jista’ jeżamina wkoll il-laptop ta’ Caruana Galizia għal theddid li setgħet irċeviet. Dan…

Lokali

Illejla l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista għandhom l-aħħar attività tagħhom. Mat-tokki ta’ nofsillejl jinżel is-separju tal-kampanja elettorali sabiex jiġu osservati jumejn ta’ silenzju. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph…

Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Aktar