Unjoni Ewropea
AĠĠORNAT (2): Ħadd mill-kandidati għall-President ma kiseb il-maġġoranza assoluta

Ħadd mill-erba’ kandidati għall-President tal-Parlament Ewropew ma kiseb il-maġġoranza assoluta tal-voti biex jiġi elett u għalhekk il-Membri Parlamentari se jivvutaw fit-tieni rawnd tal-votazzjoni.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew ivvutaw b’mod sigriet għall-President tal-Parlament Ewropew għall-ewwel nofs ta’ din il-leġiżlatura, jiġifieri għas-sentejn u nofs li ġejjin.

Fl-ewwel rawnd ivvutaw 735 Membru Parlamentari, b’ 662 vot kienu validi.

David-Maria Sassoli, Taljan mill-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi kiseb l-akbar għadd ta’ voti 325, seba’ voti anqas mill-maġġoranza meħtieġa biex jiġi elett. Jan Zahradil mill-Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti fl-Ewropa u ġej mir-Repubblika Ċeka kiseb 162 vot, Ska Keller, Ġermaniza mill-Alleanza Ewropea Ħielsa ġabet 133 vot u , l-Ispanjola Sira Rego minn the European United Left/Nordic Green Left kisbet 42 vot.

Għat-tieni rawnd fil-11:40am se jikkontestaw l-istess kandidati.

Qabel il-votazzjoni l-erba’ kandidati indirizzaw il-Parlament Ewropew.

Fil-bidu tas-seduta, il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani għamilha ċara li dan hu parlament ħieles u awtonomu u mhux se jiġi influwenzat minn deċiżjonijiet u proposti esterni.

Wara li jiġi elett il-President tal-Parlament Ewropew, il-membri parlamentari issa se jivvutaw għall-erbatax-il viċi president li jassistu lill-President fil-ħidma tiegħu.

Għada mbagħad isir l-elezzjoni għall-kwesturi, li huma responsabbli minn kwistjonijiet amministrattivi li jolqtu lill-membri.

Aktar kmieni:

Dalgħodu, il-Membri tal-Parlament Ewropew ivvutaw b’mod sigriet għall-President tal-Parlament Ewropew għall-ewwel nofs ta’ din il-leġiżlatura, jiġifieri għas-sentejn u nofs li ġejjin.

Il-kandidati huma Ska Keller mill-Alleanza Ewropea Ħielsa, li hija mill-Ġermanja, l-Ispanjola Sira Rego minn the European United Left/Nordic Green Left, David-Maria Sassoli, Taljan mill-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, u Jan Zahradil mill-Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti fl-Ewropa u ġej mir-Repubblika Ċeka.

Qabel il-votazzjoni l-erba’ kandidati indirizzaw il-Parlament Ewropew.

Fil-bidu tas-seduta, il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani għamilha ċara li dan hu parlament ħieles u awtonomu u mhux se jiġi influwenzat minn deċiżjonijiet u proposti esterni.

Aktar kmieni:

Wara li lbieraħ filgħaxija l-mexxejja fil-Kunsill Ewropew  laħqu ftehim fuq l-ismijiet ta’ erba’ karigi ewlenin fl-istiturzzjonijiet Ewropej: il-President tal-Kummissjoni Ewropea, il-President tal-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u l-President tal-Bank Ċentrali, illum imiss lill-ewroparlamentari biex jivvutaw għall-President tal-Parlament Ewropew għas-sentejn u nofs li ġejjin.  L-elezzjoni tibda fid-disgħa ta’ dalgħodu.

Il-gruppi poltiċi kellhom sal-għaxra tat-Tlieta filgħaxija biex iressqu n-nominazzjonijiet tagħhom. Fuq il-lista hemm erba’ kandidati: Ska Keller mill-Alleanza Ewropea Ħielsa, li hija mill-Ġermanja, l-Ispanjola Sira Rego minn the European United Left/Nordic Green Left, David-Maria Sassoli, Taljan mill-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, u Jan Zahradil mill-Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti fl-Ewropa u ġej mir-Repubblika Ċeka.

Il-lista tal-kandidati ma tinkludix lil Sergei Stanishev, Bulgaru Soċjalista mil-Lvant tal-Unjoni Ewropea, li t-Tlieta kien qed jissemma bħala l-favorit tal-mexxejja Ewropej għall-presidenza tal-Parlament Ewropew.

Qabel mal-ewroparlamentari jibdew jivvutaw, kull kandidat għandu massimu ta’ ħames minuti biex jagħmel diskors qasir. Din l-elezzjoni ma ssirx b’mod elettroniku jew bl-ewroparlamentari jgħollu jdejhom, imma hija sigrieta. Biex kandidat jiġi elett jeħtieġ maġġoranza assoluta (50% + 1).

Wara li jiġi elett il-President, il-membri tal-Parlament Ewropew jivvutaw għall-erbatax-il viċi president li jassistu lill-President fil-ħidma tiegħu.

Għada mbagħad issir l-elezzjoni għall-kwesturi,  li huma responsabbli minn kwistjonijiet amministrattivi li jolqtu lill-membri.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar