Lokali
5 irġiel arrestati wara li nqabdu bid-droga fil-Ħamrun

5 irġiel, 3 Maltin u 2 Libjani ġew arrestati wara li nqabdu fil-pussess ta’ droga, b’sustanzi suspettati kokaina, raża tal-kannabis, ħaxixa tal-kannabis u eroina waqt tfittxija li saret fi Pjazza San Pawl fil-Ħamrun.

L-arresti saru mill-Pulizija mill-iskwadra ta’ Kontra d-droga, mill-iskwadra tal-Immigrazzjoni, mill-iskwadra tar-Rapid Intervention Unit u kif ukoll mill-Pulizija distrettwali li fl-aħħar jiem wettqu diversi spezzjonijiet fl-inħawi tal-Marsa u l-Ħamrun.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li għamlet verifikazzjonijiet ta’ dokumenti ta’ immigranti sabiex jiġi żgurat li dawn jinsabu f’Malta b’mod regolari. Id-dokumenti li ġew ippreżentati lil Pulizija ser jiġu kollha verifikati sabiex jitneħħa kull dubju  li jista jkun hemm xi falsifikazzjoni.

Waqt dawn l-Ispezzjonijiet kienu mwaqqfa ukoll, tmien persuni li nstabu jikkunsmaw alkoħol f’post pubbliku.