Barranin
5 itfal imutu wara li dormitorju nħakem min-nar f’Pennsylvania

Ħamest itfal żgħar mietu kmieni l-Ħadd filgħodu fid-dar li kienu fiha li ħadet in-nar f’Pennsylvania fl-Istati Uniti. Id-dar kienet bħal dormitorju fejn tfal ta’ ġenituri li jaħdmu billejl, ikunu jistgħu jorqdu billejl.

Erbgħa mill-ħamest itfal li kienu aħwa u kellhom bejn 10 xhur u tmien snin, kienu reqdin f’din ir-residenza waqt li l-ġenituri kienu għax-xogħol. Il-pulizija qed tinvestiga dan in-nar li beda għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ filgħodu. Adult li kien fid-dar ittieħed l-isptar għall-kura.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Barranin

Fil-Polonja fetħu l-postijiet tal-votazzjoni fejn il-Pollakki mistennija jagħtu mandat ieħor lill-partit tal-Ġustizzja u Liġi Nazzjonali, PiS, li potenzjalment se jkompli jkabbar l-iżolament tal-pajjiż għax tkompli tikber it-tensjoni mal-Unjoni Ewropea minħabba…

Aktar