COVID-19
5 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 2 oħra mfejqa

Tħabbru 5 każijiet ġodda ta’ Coronavirus f’Malta, wara li lbieraħ b’kollox saru 1,017swab.

Waqt il-bulettin mediku tal-lum, is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li 2 pazjenti oħra ġew iddikjarati mfejqa mill-Covid-19.

Il-każijiet attivi issa telgħu għal 96 fejn s’issa f’Malta ġew irreġistrati 558 każ ta’ Coronavirus.

Il-ħames każijiet ġodda huma anzjan ta’ 97 sena li kien fl-isptar Karin Grech li kellu sintomi ta’ deni, sogħla u uġigħ fi griżmejh. Il-Professur Gauci qalet li għalkemm l-anzjan għandu kundizzjonijiet oħra, jinsab f’qagħda stabbli. Qalet li qed isir testing fis-sala, kemm tal-pazjenti u tal-ħaddiema.

Barranin ta’ 58 sena ma kellux sintomi iżda daħal l-isptar għal emerġenza oħra u minn swab ta’ screening għall-Covid-19 instab li hu posittiv.

Raġel ieħor ta’ 41 sena ukoll ma kellux sintomi u mar minn jeddu jagħmel swab test u ħareġ pożittiv.

Iż-żewġ każijiet l-oħra huma ta’ żewġ healthcare workers nisa, waħda ta’ 43 sena li ħarġet pożittiva wara li bdew juġgħuha griżmejha. Hi kienet taħdem f’sala fl-isptar fejn kien hemm numru ta’ każijiet oħra tal-Covid-19.

Il-healthcare worker l-oħra hi mara barranija ta’ 24 sena, li ħarġet pożittiva minn screening li jsir fl-isptar.

Segwi hawn il-konferenza:

Play -24:34 Additional visual settingsHD Enter Watch and ScrollEnter fullscreen Mute Share commentComment LikeShow More Reactions Close Aġġornament mid-Dipartiment tas-Saħħa – 18 ta' Mejju 2020

FIl-bulettin mediku tal-lum Prof Gauci tispjega li matul l-aħħar 24 siegħa sar numru rekord ta' testijietAġġornamenti fuq tvm.mt/covid19

Gepostet von Television Malta am Montag, 18. Mai 2020

Ara wkoll:

L-aġġornamenti mis-Supretendent tas-Saħħa se jibdew isiru 3 darbiet fil-ġimgħa

“Inkwetanti li gruppi ta’ nies qed jiltaqgħu fuq il-bajjiet” – Prof Gauci

287 ħaddiem tas-saħħa f’Mater Dei fi kwarantina

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

Barranin

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel. Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż…

Aktar