Lokali
5 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, l-ebda mewt, persuna mfejqa

In-numru ta’ każijiet attivi tal-Covid-19 issa huwa ta’ 27 wara li bejn ilbieraħ u llum ġew irrappurtati 5 każi ġodda minn 1,649 ‘swab tests’ li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li fieqet persuna oħra u li ma kienet irrappurtata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. B’hekk, it-total tal-vittmi baqa’ ta’ 420.

B’kollox 30,595 persuna ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu tal-2020, u 30,148 persuna fiequ.

Intant, sal-bieraħ ingħataw 631,446 doża tal-vaċċin, li minnhom 353,164 kienu tal-ewwel doża, filwaqt li 290,280 persuna huma mlaqqma għalkollox.