COVID-19
5 każijiet ġodda ta’ Coronavirus f’Malta – jitilgħu għal 53 il-pazjenti infettati

Ikkonfermati 5 il-każijiet ġodda ta’ Coronavirus f’Malta bl-ammont totali ta’ pazjenti infettati issa jitla’ għal 53.

Waqt konferenza stampa, is-Supertendent Charmaine Gauci qalet li lbieraħ saru 304 swabs, li minnhom irriżultaw dawn il-każijiet il-ġodda. Mill-bidu b’kollox saru total ta’ 1,183 swab.

Il-każijiet ġodda kkonfermati llum huma mara Maltija ta’ 56 sena, li qarib tagħha mar Brussell. Kien hemm ukoll raġel Malti ta’ 29 sena li mar l-Ingilterra, u meta ġie lura qagħad kwarantina.

It-tielet każ huwa raġel Spanjol ta’ 33 sena li jgħix Malta, u kien mar Madrid. Meta rritorna dan laħaq mar ix-xogħol għal ftit ħin, jumejn qabel ħarġulu s-sintomi, għalhekk m’hemmx riskji kbar ta’ tixrid.

Ir-raba’ każ huwa ta’ raġel Malti ta’ 35 sena, li mar Brussell u wkoll għamel kwarantina meta rritorna. Finalment ittestja pożittiv ukoll raġel Malti 64 sena, li kellu qraba li marru l-Ingilterra u kienu ttestjaw pożittivi diġà. Dan ukoll osserva l-kwarantina.

Prof Gauci qalet li l-maġġoranza tal-każijiet kienu relatati ma’ safar, u oħrajn ta’ trażmissjoni lokali li kienu relatati ma’ gruppi li kienu jafu bihom qabel, iżda hemm ftit oħrajn li ttieħdu fil-komunità.

Għalhekk Prof Gauci tenniet l-appell biex in-nies tibqa’ ġewwa biex jitwaqqaf it-tixrid tal-virus fil-komunità. Fakkret ukoll fl-importanza tal-ħasil tal-idejn u l-oġġetti.

Appellat ukoll biex min iħossu ma jiflaħx iċempel fuq il-helpline 111.

Isma’ l-konferenza stampa kollha hawn:

Gepostet von Television Malta am Donnerstag, 19. März 2020

Ara wkoll:

L-agħar għadu ma ġiex – il-Prof. Charmaine Gauci

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Lokali

Il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment se jingħalaq u l-aġenti ġew infurmati biex ma jaċċettawx iżjed applikazzjonijiet. Minflok ser isiru regolamenti ġodda dwar ir-residenza b’żewġ saffi. Saff minhom jagħti dritt lil persuni li…

Aktar