Barranin
5 mejta wara sitwazzjoni bl-ostaġġi fi knisja fl-Afrika ta’ Isfel

Ħames persuni inqatlu f’attakk fi knisja fl-Afrika ta’ Isfel, li x’aktarx seħħ waqt argument dwar it-tmexxija tagħha.

Il-pulizija qalu li salvaw irġiel, nisa u tfal minn sitwazzjoni ta’ ostaġġ fil-periferija ta’ Johannesburg.

Tal-inqas 40 persuna ġew arrestati, u l-pulizija żammew għadd ta’ armi.

Xhieda qalu li l-irġiel li daħlu fil-knisja Kristjana magħrufa bħala l-Knisja tal-Pentekoste kienu parti minn fazzjoni li timmilita kontra t-tmexxija tal-knisja.

Fil-fatt qed jiġi rrappurtat li t-tmexxija tal-knisja kienet sors ta’ ġlied mindu miet il-mexxej tagħha fl-2016.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Skont il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ nies li għandu nfettati bil-Covid-19, fejn investigazzjoni wriet li filwaqt li l-pajjiż qed jirraporta li għandu ‘l fuq minn 14,000 ruħ…

Barranin

Żewġ astronawti Amerikani rnexxielhom jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju. Il-kapsula msejħa Space X Dragon bl-astronawti Dough Hurley 7u Bob Behnken niżlet fil-golf tal-Messiku fejn imbagħad dgħajsa ġabret lill-astronawti…

Barranin

Tal-inqas 18-il uffiċjal tal-pulizija ndarbu waqt li kienu qed jipprovaw iferrxu l-folla fi protesta kontra l-miżuri tal-lockdown kontra l-coronavirus f’Berlin il-Ġermanja. Il-pulizija qalet li tliet uffiċjali qed jingħataw il-kura fl-isptar….

Barranin

L-astronawti Amerikani Doug Hurley u Bob Behnken mistennija jinżlu fil-baħar ‘il barra mill-kosta ta’ Florida llum, hekk kif iktar kmieni telqu mill-istazzjon spazjali fil-kapsula Dragon Endeavour. Jekk l-astronawti jinżlu b’wiċċ…

Aktar