Lokali
5 pajjiżi jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar il-kultura

Mal-ħmistax-il muniċipalità u organizzazzjonijiet minn pajjiżi fl-Ewropa qed jieħdu sehem fi programm tal-Unjoni Ewropea li fih jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar il-kultura. Flimkien mal-lokalità ta’ Ħal Safi, lokalitajiet mill-Ġermanja, l-Italja, l-Estonja u l-Bulgarija jinsabu f’Malta biex iwettqu proġetti li jsarrfu f’ġid fil-lokalitajiet tagħhom.

Fil-proġett Futura Poject b’fondi Ewropej qed jieħdu sehem għexieren ta’ nies minn diversi lokalitajiet fosthom minn Sqallija, Spanja, Ġermanja u Ungerija dwar l-esperjenzi u d-diversità kulturali tagħhom.

Ħal Safi li qed jieħdu sehem fil-proġett, organizza l-ħames konferenza tal-imsieħba fil-proġett. Is-sindku ta’ Villafranca Tirrena, Matteo de Marco qal li minn dawn il-konferenzi ħareġ ħafna ġid għar-residenti tal-lokalitajiet tagħhom.

“La cultura puo essere un buon lano interessantissimo di creare sviluppo e riccezza u potenzialità che abbiamo culturale, siti e generosita’ e accolienza”.

Il-kultura hija mod interessanti kif jiġi żviluppat ir-rikkezza, u l-potenzjalità kulturali kemm bis-siti, ġenerożità u anki l-akkoljenza.

Is-Sinkdu ta’ Ħal Safi Johan Mula qal li b’dan il-proġett Malta ppromoviet ruħha bħala destinazzjoni turistika ideali, fil-pajjiżi li ħadu sehem minħabba r-rikkezza kulturali tagħha.

“Inħalltu l-ideat ta’ bejnietna, il-kultura ta’ ħaddieħor u nsaħħu r-relazzjoni u kooperazzjoni ta’ bejnietna, joħorġu wkoll proġetti tal-Erasmus u jgawdu r-residenti tal-lokalitajiet wkoll”.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li l-Gvern qed jinvesti ħafna riżorsi fil-wirt kulturali kemm biex isaħħaħ l-identità nazzjonali kif ukoll biex jattira aktar turisti, bi prodott turistiku distint anke fil-lokalitajiet lil hinn miż-żoni turistiċi. Spjega li dal-investiment jinkludi restawr ta’ monumenti, niċeċ u kappelli. Dr Bonnici semma’ l-iskema tal-Passaporti ta’ Heritage Malta li biha saru aktar minn mitt elf żjara b’xejn f’postijiet storiċi. Qal li din hija turija tal-impenn biex tfal u adulti japprezzaw aktar wirt artna.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’…

Edukazzjoni

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju…

Televiżjoni u Radju

Il-prevedibbli se jsir imprevedibbli waqt l-għodwiet min-nhar it-Tnejn li ġej ma’ Carlo, Gordon u Anna fuq Magic Malta 91.7 FM. It-tliet karattri vivaċi b’livelli varji ta’ esperjenza radjofonika se jieħdu…

Aktar