Barranin
5 persuni maqtula f’attakk bil-qaws u l-vleġeġ fin-Norveġja

Fin-Norveġja, ħames persuni nqatlu u tnejn oħra ndarbu f’attakk b’qaws u vleġeġ f’supermarket.

L-attakk seħħ fil-belt ta’ Kongsberg fil-Lbiċ tal-kapitali Oslo. Daniż ta’ 37 sena ġie arrestat u kien interogat għal aktar minn tliet sigħat. Is-suspettat aggressur kien magħruf mal-pulizija li kienet diġà f’kuntatt miegħu minħabba l-biża’ ta’ radikalizazzjoni wara li kkonverta għall-Iżlam.

Il-vittmi kollha għandhom bejn 50 u 70 sena. Il-Prim Ministru Erna Solberg qalet li tifhem li ħafna nies huma mbeżżgħin imma sostniet li hu importanti li jiġi enfasizzat li l-pulizija ħadu kontroll tas-sitwazzjoni.

Wieħed minn dawk midruba hu pulizija li fil-ħin tal-attakk ma kienx xogħol. Għall-ewwel ir-raġel li kien armat bil-qaws u l-vleġeġ irnexxielu jaħrab mill-pulizija, iżda ġie arrestat nofs siegħa wara.