COVID-19
5 persuni oħra bil-Covid-19 f’Malta

L-għadd ta’ każi f’Malta bil-Coronavirus issa laħħaq l-134. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret ħames każi ġodda – tliet relatati ma’ safar u tnejn kawża ta’ trażmissjoni lokali. Hija ikkonfermat li s’issa Malta ma kellha l-ebda pazjent li miet bil-virus u l-anzjan li jinsab l-ITU qed jirrispondi tajjeb għall-kura. Il-ħames każi ġodda huma ta’ erba’ Maltin u barranija – tliet nisa u żewġt irġiel.

Ftit aktar minn tliet persuni minn kull erba’ (76%) qed jiġu rikoverti fi djarhom, 15 qed jingħataw il-kura fl-isptar Mater Dei u 18 oħra fi sptar privat.

Gepostet von Television Malta am Donnerstag, 26. März 2020

Fl-aħħar sigħat ġew ikkonfermati ħames każi ġodda ta’ COVID-19 f’Malta minn 430 test li saru, bl-għadd ta’ każi f’Malta issa telgħu għal 134.

“Minn dawn il-ħames każi ġodda għandna tlieta minnhom li kienu relatati ma’ safar jiġifieri hemm hekk għadna qed naraw każijiet li siefru qabel u għandna żewġ każijiet ta’ trażmissjoni lokali”.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci kompliet tgħid li każ minnhom huwa ta’ tfajla Griega ta’ 28 sena li tgħix Malta. Hija kienet esposta għal virus f’Ċipru.

Malti ta’ sittin sena li ġie lura minn Londra li nstab bil-contact tracing li qed issir mill-awtoritajiet tas-saħħa. Każ ieħor huwa ta’ Maltija ta’ sittin sena wkoll li taħdem fis-settur tas-saħħa li kienet imsiefra u ddaħħlet l-isptar b’kundizzjoni medika oħra. Hija rriżultat fin-negattiv għall-ewwel test, iżda fit-tieni test instab li għandha l-COVID-19.

Ir-raba’ u l-ħames każ huma ta’ Malti ta’ 23 sena u Maltija ta’ 26 sena li hadu l-infezzjoni lokalment. Il-ġuvni huwa qarib ta’ pazjent bil-coronavirus u l-mara ħasset l-ewwel sintomi fl-20 ta’ Marzu. Dwar dan il-każ qed isir contact tracing tal-persuni li kellhom kuntatt maghha.

Il-Professur Gauci qalet li ma kienu rrappurtati l-ebda każi ta’ Coronavirus fi djar tal-anzjani.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li l-obbligu tal-kwarantina trid tiġi segwita minn kulħadd, inkluż minn persuni li jġibu l-merkanzija.

Il-Prof. Gauci qalet li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis saru 430 swab test u minn meta bdiet l-imxija saru mal-erba’ t’elef u mitejn test.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

B’investiment ta’ €4.2 miljun il-korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir bdiet il-proġett ta’ restawr tal-Ġnien tal-Mall fil-Floriana, li jinkludi fih 7,500 metru kwadru ta’ pavimentar ġdid. Il-Ministru għall-Infrastuttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li…

Lokali

Peter, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jaqbad €16,500 flus kontanti mhux iddikjarati fuq passiġġier li kien sejjer Istanbul, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li waqt l-iskrinjar tal-passiġġieri li kienu se…

Annimali

L-għaqda Nature Trust ħabbret li dalgħodu faqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Huma faqqsu li l-lejl ta’ qabel kienu diġà faqqsu 62 fekruna, fl-istess bajja. B’hekk issa b’kollox faqqsu 73…

COVID-19

Skont il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ nies li għandu nfettati bil-Covid-19, fejn investigazzjoni wriet li filwaqt li l-pajjiż qed jirraporta li għandu ‘l fuq minn 14,000 ruħ…

Aktar