Lokali
5 snin ħabs wara li nqabad bl-eroina – il-Maġistrat Joe Mifsud b’appell dwar id-droga

Il-flaġell tad-droga huwa serju u jista’ jirrovina s-soċjetà Maltija.

Dan qalu l-Maġistrat Joe Mifsud meta ta sentenza ta’ ħames snin ħabs effettivi u multa ta’ €3,500 lil Joseph Bajada ta’ 55 sena mix-Xagħra Għawdex li nstab ħati b’pussess u traffikar tad-droga eroina.

Il-każ imur lura għall-2009 fix-Xagħra u Marsalforn. Il-Maġistrat Mifsud ordna wkoll il-konfiska ta’ flejjes u propjetà tal-akkużat. Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Mifsud appella għal iktar kordinazzjoni bejn il-Forzi tal-Ordni f’Malta u Għawdex biex jikinsu t-toroq Għawdxin minn min qiegħed jeqred tant familji b’għemilu.

Huwa qal li d-droga hija xi ħaġa ħażina u fejn hemm dak li ħazin la tista’ ċċedi u lanqas tagħmel kompromessi.