Lokali
50 familja Ċiniża tapplika għar-residenza Maltija b’investiment permezz tal-MRVP

50 familja Ċiniża applikat biex tinvesti fil-programm tal-MRVP—il-programm Malti dwar residenza u visa b’investiment lil individwi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea.

Fost il-kriterji ewlenin biex ikunu aċċettati tali applikazzjonijiet, hemm li l-individwi jridu jikru jew jixtru dar f’Malta jew f’Għawdex, jixtru mal-€250,000 fi stocks tal-Gvern, u li jkollhom mill-inqas dħul ta’ €100,000 fis-sena. Matul is-sentejn li ilu mwaqqaf dan il-programm b’investiment kienu approvati 140 applikazzjoni li 80% minnhom huma miċ-Ċina.

F’konferenza f’Shanghai fiċ-Ċina mtellgħa minn Shanghai Overseas Exit Entry, il-konċessjonarju li sentejn ilu rebaħ sejħa internazzjonali biex imexxi dan il-programm fiċ-Ċina, Hong Kong u Makau, attendew mal-200 individwu u investitur. Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Potelli.

Meta kienet qed tindirizza l-konferenza, is-Segretarju Parlamenatri Julia Farrugia Portelli qalet li r-relazzjonijiet bejn Malta u ċ-Ċina jmorru lura għall-1972 u l-politika tal-gvern Malti hi li tkompli tibni fuq dawn ir-relazzjonijiet.

Spjegat li l-politika tal-Gvern hi li Malta tkompli tattira individwi li jħarsu lejn Malta mhux biss bħala l-post fejn ikollhom it-tieni dar tagħhom iżda wkoll biex fiha familji Ċiniżi jinvestu u jressqu lejn il-pajjiż proġetti innovattivi.

Aktar qabel, is-Segretarju Parlamentari Portelli żaret l-uffiċini ta’ Shanghai Overseas Exit Entry li timpjega magħha 200 ħaddiem.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Shanghai Overseas Exit Entry Kevin Mao qal li b’kollox f’dawn l-aħħar 24 xahar il-kumpanija investiet  €6 miljun f’reklamar fuq Malta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru Evarist Bartolo iltaqgha’ wkoll mad-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio fejn tkellmu fuq kif nistgħu naħdmu flimkien u naqsmu l-esperjenza li għandna fil-qasam tax-xogħol u li nħeġġu iżjed persuni jidħlu…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat talab lil Simon Schembri biex jikkunsidra li, jekk ikun jista’, jibqa’ fil-Korp tal-Pulizija biex ikompli jservi ta’ ispirazzjoni għall-membri u għall-pubbliku. Dan waqt laqgħa li kellu mal-Kuntistabbli…

Lokali

Ira Losco, kant-awtriċi, bi 15-il sena karriera. Bdiet tkanta ma’ band meta kienet adoloxxenti, ħadet spinta meta spiċċat it-tieni fil-Eurovision Song Contest fl-2002, u evolviet b’ġeneri mużikali differenti. Minbarra l-esperjenzi…

Aktar